I N   L O V I N G   M E M O R Y

 

HOME

 

CONDOLENCES

 

  TOP

SONNIE FENECH

1924 - 2006

L-AĦĦAR TISLIMA LIL MISSIERI

 

Missier, int kont hemm mill-bidu għalija

Minn mindu kont għadni ċkejken tarbija

U bla heda minn dakinhar int  ħdimt għalija

Ħdimt biex sa fl-aħħar tarani raġel matur u b’familja għalenija.

 

Għadda ż-żmien u din il-ħolma tiegħek seħħet

Illum jien kbirt u dix-xewqa tiegħek twettqet

U bħal ma għamilt miegħi int, u hekk kif il-familja kibret

Qiegħed nagħmel jien u b’hekk imħabbtek kompliet infirxet.

 

Issa fil-milja taż-żmien meta ħajtek waslet fit-tmiem

Il-Mulej għoġbu lura jsejjaħlek fis-sliem

Aħna lkoll miġbura madwarek konna f’dawn l-aħħar jiem

B’diqa kbira issa nagħtuk l-aħħar tislima b’memorja li qatt ma tiqdiem.

 

 

Joseph Fenech Laudi

10th April, 2006.

 

 

 

RINGRAZZJAMENT

 

Nieħu din l-opportunità biex f’isem ommi u ħuti nirringrazzja lilkom llkol talli għoġobkom tissieħbu magħna u tagħtuna konfort f’mument diffiċċli bħal dan u turu rispett lil missieri f’din l-aħħar tislima.

 
 

  TOP

TORONTO
MALTA